Direttivi lil-Learning Support Assistants

Wara li ddikjarat tilwima industrijali mal-Gvern minħabba li ma kienx hemm żviluppi fir-rigward tal-Learning Support Assistants, il-Union tal-Għalliema issa ħarġet direttivi lil-Learning Support Assistants kollha.

Ladarba l-Gvern ma kkunsidrax li numru ta’ LSA’s baqgħu ma ngħatawx il-grad ta’ LSA I, il-Kunsill tal-Union tal-Għalliema ħareġ numru ta’ direttivi li jinkludu li l-Learning Support Assistants ma jagħtux kas ta’ tfal oħra bi bżonnijiet li m’humiex approvati mill-awtoritajiet, ma jirrispondux e-mails u telefonati b’rabta ma’ xogħolhom.

Dawn l-azzjonijiet industrijali se jkunu qed jiġu riveduti ta’ kull ġimgħa, skont is-sitwazzjoni.