Direttiva biex l-infermiera u l-qwiebel ma jiġux trasferiti lejn swali oħra

L-infermiera u l-qwiebel li jaħdmu fis-sezzjonijiet kliniċi kollha tal-isptar, mhux se jaċċettaw li jiġu trasferiti lejn swali oħra, bil-lejl jew matul il-ġurnata.
L-Unjin tal-Infermiera u l-Qwiebel, l-MUMN qalet li l-infermiera kollha li qed jaħdmu overtime u li ġew allokati fi swali partikolari, mhumiex se jiċċaqilqu biex imorru f’sezzjonijiet oħra.