Direttetturi Pastorali Nisa f’għaxar djoċesijiet Ġermaniżi

Il-Konferenza Episkopali fil-Ġermanja laqgħet bil-ferħa il-fatt li ntlaħqet il-mira tagħha li 40% tad-Diretturi tal-Ħidma Pastorali fil-pajjiż, ikunu nisa.
Ħmistax  il-sena ilu, Daniela Engelhard kienet l-ewwel mara li ħadet ir-responsabbilta’ tal-ħidma pastorali fid-djoċesi ta’ Osnabruck fit-tramuntana tal-Ġermanja.  Illum hemm għaxar nisa f’din il-pożizzjoni fi djoċesijiet differenti mxerrda mal-pajjiż.
Bħalissa hemm 27 djoċesi fil-Ġermanja li għandu mara tmexxi d-dipartiment tal-ħidma pastorali tagħhom u huma responsabbli għal diversi oqsma tal-ħidma pastorali. Il-ħidma tagħhom tinkludi r-ristruttar taż-żoni pastorali, jakkumpanja familji u koppji, joffru għajnuna f’emerġenzi, jagħmlu ħidma pastorali fost l-imigranti u jmexxu djalogi inter-reliġjużi.
Daniela Egelhard tgħid li hi qed tistinka biex tiżviluppa forom ġodda ta’ ħidma komunitarja aktar parteċipattiva fi ħdan il-Knisja kif ukoll modi ġodda ta’ diskors dwar il-fidi.  Temmen li l-attenzjoni tagħna għandha tkun aktar lejn l-opportunitajiet milli lejn il-limitazzjonijiet.
Sister Gudrun Steiss, li studjat il-katakeżi  pastorali u d-djalogu inter-reliġjuż fl-Istitut Kattoliku ta’ Pariġi, illum hi Direttur tal-Ħidma Pastorali fid-djoċesi ta’ Hamburg. Fost il-prijoritajiet tagħha għandha li tistudja kif il-funzjonijiet amministrattivi jistgħu jaqdu aħjar il-ħtiġijiet pastorali, itejjbu l-kultura tal-komunikazzjoni u t-teħid tad-deċiżjonijiet kemm f’Hamburg kif ukoll fil-Knisja fil-Ġermanja.
Dawn in-nisa huma wkoll membri tal-korp eżekuttiv tad-djoċesijiet tagħhom u tal-Kunsill tal-isqfijiet. Ħafna minnhom iġibu l-kompetenzi pastorali u teoloġiċi tagħhom f’di wieħed mill-erbatax il-Kumitat tal-Konferenza Episkopali Ġermaniża.
L-Isqof Franz-Josef Bode, President tal-Kummissjoni Pastorali qal li dawn l-iżviluppi irnexxielhom iżidu n-numru ta’ nisa f’karigi għolja fil-ħidma tal-Knisja. Dan hu ta’ ġid għall-Knisja li l-wiċċ tagħha qed jinbidel. Hu qal li jittama li aktar nisa żgħażagħ jieħdu postijiet ta’ tmexxija fil-Knisja.