Dipp tax-xibt (dill)

Ikollok bżonn

260g rkotta

3 mgħaref ħalib

90g mayonnaise

mgħarfa basal imqatta’ rqiq ħafna

kuċċarina tursin imqatta’

kuċċarina xibt imqatta fin

bżar u melħ

¼ ta’ kuċċarina trab tat-tewm

Metodu

Fi blender ħabbat flimkien l-irkotta mal-ħalib. Żid l-ingredjenti l-oħra kollha u ħawwad tajjeb.

Daħħal fil-friġġ għal lejl.

Servi ma’ ħxejjex imqattgħa rqaq.