Dipp Mediterranju

Riċetta u ritratti: Tanya Zammit

Ingredjenti

2 mgħaref żejt vegetali

2 bżariet ħodor imqattgħa

4 faqqiegħ friski slajsjati

3 laned żgħar tonn taż-żejt

2 bżar aħmar slajsjat irqiq u mixwi

115g żebbuġ slajsjat

1 bott meraq tat-tadam ta’ 500ml

100ml chili sauce

100ml ħall abjad

2 werqiet randa

ponta kannella mitħun

Metodu

Islajsja rqiq il-bżar aħmar u ixwi għal ftit minuti.

Saħħan iż-żejt f’borma fuq nar moderat.

Żid il-bżar aħdar u l-faqqiegħ u sajjar għal 5 minuti.

Żid it-tonn taż-żejt, il-bżar mixwi,  iż-żebbug, il-meraq tat-tadam, iċ-chili sauce, il-ħall, ir-rand u l-kannella.

Meta jagħli baxxi n-nar u ħallih itektek għal madwar 20 minuta. Neħħi r-rand u ħallih  jibred u daħħlu fil-friġġ.

Servi ma’ crackers jew ħobż mixwi.

Tista’ taħżnu għal madwar gimgħa fil-friġġ.