Dipartiment ġdid tal-fiżjoterapija f’San Vinċenz de Paul

Ġie inawgurat dipartiment ġdid tal-fiżjoterapija f’San Vinċenz de Paul, b'investiment ta' madwar €800,000.
Fi stqarrija, is-Segretarjat Parlamentari għall-Anzjanità Attiva spjega li  dan id-dipartiment mhux se jkun biss għal 1,200 resident ta’ San Vinċenz, imma anke għall-anzjani li huma parti mis-servizz ta’ out-patients, liema servizz hu offrut għal dawk minn 60 sena 'l fuq, mil-lokalitajiet  kollha f'Malta.
Is-Segretarju Parlamentari Anthony Agius Decelis inawgura dan id-dipartiment u saħaq li dan se jkun għajnuna kbira għall-anzjani biex jibqgħu attivi u jkollhom kwalità ta’ ħajja aħjar.