Dip taż-żebbuġ

Riċetta ta' Lara Gerada
Ingredjenti (għal 380gr dip)
175gr żebbuġ aħdar (mingħajr għadma)
175gr żebbuġ iswed (mingħajr għadma)
4 flettijiet tal-inċova
4 imgħaref żejt taż-żebbuġa
Metodu
Poġġi l-ingredjenti kollha ġo liquidizer u qatta' sakhemm issir taħlita waħda u b'tessut ta' dip. 
Dan jista' jintuża kemm bħala dip, servut ma' xi ħobż jew galletti, jew bħala zalza mal-għaġin. 
Għal aktar riċetti ta' Lara Gerada segwi l-programm Insellimlek ma' Sonia Young fuq RTK 103FM, kuljum bejn it-3pm u l-4:30pm