Dip tal-brunġiel

Riċetta ta' Lara Gerada
Ingredjenti

  • Brunġiela kbira
  • Tadama
  • Basla żgħira
  • Lumija
  • Żejt taż-żebbuġa extra vergin
  • Tursin

Metodu
1. Qatta' l-brunġiel fi tnejn u nigges b’furketta, imbagħad itfa fuq dixx u sajjar fil-forn għal madwar 45 minuta sakemm jiskuraw ftit u jiġu aktar rotob.
2. Qatta' t-tadam f’biċċiet żgħar. Qaxxar u qatta' l-basal u qatta' wkoll it-tursin.
3. Wara li l-brunġiel ikun kesaħ, qatta' b’sikkina. Jekk trid tista' tqatta' wkoll il-qoxra u żżiha mat-taħlita.
4. Żid iż-żejt, il-meraq tal-lumi, t-tursin u ftit bżar għat-toma.
5. Servi mal-galletti, karotti, jew ħobż. 
Għall-aktar riċetti minn Lara Gerada segwi l-programm Insellimlek fuq RTK 103FM kuljum bejn id-9am u 12pm, jew il-paġna tal-Facebook ta' Anton B Dougall.