Dinosawru T-Rex f’Bay Street

Jurassic Dino, jew JD, kif isejħulu l-ħbieb tiegħu, hu dinosawru T-Rex żgħir li sab daru fil-Kumpless ta’ Bay Street – u dawk kollha li jżuruh se jkollhom iċ-ċans isiru jħobbu dan il-pet ġdid.
L-attrazzjoni ewlenija għall-2015 f’Bay Street, f’San Ġorġ, San Ġiljan, hi Jurassic Street, fejn jinsab dan id-dinosawru żgħir T-Rex li se jaffaxxina kull min iżur ir-reċint bit-tema ta’ Jurassic Park fir-Rotunda f’Level Zera ta’ Bay Street.
Dan it-T-Rex żgħir huwa iktar minn żewġ metri għoli u, iktar impressjonanti, xi 4.3 metri minn tarf sa tarf.
L-ittra ‘T’ kbira tfisser Tyrannosaurus, li tiġi mill-kelma Griega li tfisser ‘gremxula tiranna’. Rex tfisser ‘re’ bil-Latin. Dawk li jidħlu fir-reċint tat-T-Rex jistgħu jieħdu r-ritratt tagħhom mad-dinosawru, u dan jiġi stampat dak il-ħin stess biex jistgħu jeħduh id-dar magħhom.
Philip Galea, Eżekuttiv tal-Marketing ta’ Bay Street Holdings, qal fi stqarrija li “Bay Street riedu juru dawk li jżuru l-Kumpless xi ħaġa li mhix illużjoni, xi ħaġa li jistgħu jaraw u jmissu. Din hi esperjenza ta’ tagħlim għall-kbar u ż-żgħar.” Is-Sur Galea spjega li ma ppruvaw jiffrankaw xejn fl-operat ta’ din l-attrazzjoni.
Se jkun hemm taħdidiet informattivi mill-Mużew Nazzjonali ta’ Storja Naturali, l-Imdina, biex jikkumplimentaw din l-attrazzjoni ta’ Dinosawru.
Aktar informazzjoni hi aċċessibbli fis-sit www.baystreet.com.mt jew fuq il-paġna ta’ Bay Street fuq Facebook www.facebook.com/baystreetmalta.
Artikli kummerċjali għandhom jintbagħtu fuq karl@newsbook.com.mt