Dino Zoff ilu 3 ġimgħat l-isptar bi problemi ta’ mobilità

L-eksgowler leġġendarju tat-tim nazzjonali Taljan, Dino Zoff ilu għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat rikoverat fi sptar f'Ruma.
Rapporti li ħarġu fil-beraħ fil-mezzi Taljani iktar kmieni llum, qed jgħidu li l-kundizzjoni ta' Zoff hija waħda li qed tipprojbixxieh milli jkun jista' jimxi.
Minkejja li l-kundizzjoni hija meqjusa bħala waħda serja, il-gazzetta Taljana Il Messaggiero qed tirrapporta li s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll u li dan l-aħħar kien hemm ftit titjib fil-kundizzjoni fiżika.
Dino Zoff rebaħ it-Tazza tad-Dinja bil-flokk nazzjonali Taljan fl-1982 fi Spanja, lgħab għal 11-il sena ma' Juventus, u bħala kowċ wassal lill-Italja sal-finali tal-UEFA Euro 2000 fil-Belġju u l-Olanda.