Dinja virtwali ġdida fuq Facebook

Facebook ħabbar li se joħloq dinja virtwali mal-bosta karatteristiċi tal-midja soċjali tant popolari.
Il-kumpanija ħabbret dan waqt il-konferenza tal-iżviluppaturi diġitali bl-isem F8 f’Kalifornja fl-Istati Uniti.
Il-fundatur ta’ Facebook Mark Zuckerberg qal li flimkien mal-membri eżekuttivi tal-kumpanija għandu l-ħsieb li permezz ta’ dinja virtwali fuq Facebok, id-dinja tkompli tinbidel, kif ukoll iżżid metodi ġodda ta’ kif wieħed ibigħ prodott.
Din il-karatteristika ġdida se tkun aċċessibli bil-kameras tal-mowbajls u fuq apparat tar-realtà virtwali.