Dinja tal-arti mill-Onaxis Group u Cavalieri Art Hotel

Il-lukanda Cavalieri Art Hotel qiegħda ssir ċentru importanti għal dak kollu li għandu x'jaqsam mal-arti. Bħala ċentru għal diversi attivitajiet artistiċi, b'impenn li tibqa' tikkontribwixxi fid-dinja tal-arti f'Malta, il-Cavalieri Art Hotel hija sinonima ma' ħafna wirjiet u tagħti aċċess lill-pubbliku għal diversi tipi ta' arti. Iżda dan huwa biss il-bidu ta' storja ta' suċċess.  
Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, il-Cavalieri Art Hotel bdiet tesplora l-possibiltà ta' kollaborazzjoni flimkien ma' ArtInvest Global, gallarija internazzjonali tal-arti rappreżentata f'Malta. 
Permezz ta' żewg wirjiet imporanti f'Diċembru tas-sena 2015 u f'April tas-sena 2016, l-attendenza tal-pubbliku, inklużi kollezzjonisti, kienet ferm inkoraġġanti fl-inawgurazzjoni u l-wirja nnifisha. ArtInvest Global tippreżenta kunċett innovattiv fis-suq lokali – l-arti bi skop għall-investiment. Iżda mhux biss. Waqt li tippreżenta opri tal-arti mill-aqwa artisti fl-istorja bħal Picasso, Dalí, Matisse, Mouly, Erté, Britto, Le Kinff, Tarkay u ħafna oħrajn, ArtInvest Global issa qiegħda tesplora l-possibilità ta' kollaborazzjoni flimkien ma’ artisti lokali fl-isfond ta' rappreżentazzjoni internazzjonali.
L-espozizzjoni li jmiss se tippreżenta arti kontemporanja mil-lokal. Din sejra tkun wirja ta' arti vivaċi u mimlija kulur. Fis-17 ta' Ġunju 2016, 'Les Coulers' sejra tkun it-tielet attività fil-Cavalieri Art Hotel.