Dinja Ewropa: X’se jiddomina l-aġenda Ewropea fil-ġimgħat li ġejjin?

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa

Il-Parlament Ewropew beda l-ħidma tiegħu biex jiskrutinizza l-ftehim dwar ir-relazzjoni futura bejn ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea wara Brexit. Dan qed isir fl-isfond tal-bidu tal-proċess tat-tilqim minħabba l-Covid-19.

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa jara x’kienet il-ħidma tal-Parlament Ewropew fl-aħħar jiem.

F’dan il-programm, se ssir intervista lill-MEP Dr Alfred Sant li jagħtina dimensjoni lokali tal-aħħar żviluppi fl-aħħar ġimgħat u anke dwar x’wieħed jistenna li se jiddomina l-aġenda Ewropea fil-ġimgħat u x-xhur li ġejjin.

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.