Dinja Ewropa: Xi jfisser il-baġit tal-Unjoni Ewropea għal Malta?

What's on Newsbook: Dinja Ewropa

Wara ġimgħat ta’ diskussjoni u xhur ta’ preparazzjoni, intlaħaq ftehim dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Għad fadal skoll wieħed, il-veto tal-Polonja u l-Ungerija. Madanakollu, il-qafas tal-ftehim m’għandux jinbidel wisq. 

Xi jfisser il-ftehim għal Malta? Kif se jaffetwana? L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta organizza webinar informattiv dwar dan bil-parteċipazzjoni ta’ uffiċjali mill-Kummissjoni Ewropea, Membri Parlamentari li nnegozjaw il-ftehim, l-MEPs Maltin Alfred Sant u Roberta Metsola, uffiċjali mill-Ministeru għall-Finanzi u s-Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Fondi Ewropej Stefan Zrinzo Azzopardi.

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa jagħti ħarsa fid-dettall lejn dak li ntqal.

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa huwa produzzjoni ta’ Jesmond Saliba bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.