‘Dinja Ewropa’: programm ġdid fuq Newsbook.com.mt

Fil-programm What’s on Newbook: Dinja Ewropa din il-ġimgħa ser inkunu qed nitkellmu dwar ir-reazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli, dwar il-laqgħa tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li tlaqqa’ l-ġimgħa li għaddiet.

Ser ikollna wkoll l-parteċipazzjoni tal-MEP Alex Agius Saliba dwar il-vot li ttieħed fil-Parlament Ewropew dwar is-servizzi Diġitali u mal-MEP David Casa dwar il-Premju Ewropew għall-Ġurnaliżmu li jfakkar il-memorja tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

What’s on Newbook: Dinja Ewropa jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fis-1pm fuq Newsbook.com.mt. Dan il-programm seta jkun possibbli bil-kollaborazzjoni u l-assistenza tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew.