Dinja Ewropa: Kif il-Baġit Ewropew jaffettwa lill-intrapriżi Maltin

What’s on Newsbook Dinja Ewropa

Il-programm What’s on Newsbook: Dinja Ewropa ta’ din il-ġimgħa se jiffoka fuq id-diskussjoni u l-approvazzjoni tal-Pakkett Multi Annwali Finanzjarju tal-UE li ntlaħaq qbil dwaru wara d-diskussjoni waqt is-Summit tal-UE tal-ġimgħa li għaddiet. Iħares ukoll lejn kif il-baġit Ewropew jista’ jaffettwa lill-intrapriżi żgħar u medji Maltin.

Tul il-programm se nisimgħu kummenti mill-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen, l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola u l-Membri Parlamentari Alfred Sant u Josianne Cutajar.

Se nsegwu wkoll l-għoti tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lill-poplu li qed jopponi r-reġim ta’ Lukashenko fil-Belarussja.

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa huwa produzzjoni ta’ Jesmond Saliba bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.