Fil-programm What’s on Newsbook Dinja Ewropa ta’ din il-ġimgħa se nippreżentaw l-aħħar żviluppi fl-Ewropa mill-perspettiva tal-ħidma tal-Parlament Ewropew.
Se nitkellmu dwar l-elezzjoni ta’ Roberta Metsola bħala l-Ewwel Viċi President tal-Parlament Ewropew, ir-reazzjoni tal-President tal-Parlament Ewropew David Sassoli dwar ir-rwol tal-Parlament fil-Baġit tal-Parlament u d-dimensjoni Ewropea tal-Unjoni tas-Saħħa Ewropea li ġiet imnedija fl-aħħar jiem.
What’s on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.