Dinja Ewropa: Il-baġit tal-UE u l-imxija tal-pandemija

What’s on Newsbook Dinja Ewropa

Matul din il-ġimgħa saret laqgħa plenarja tal-Parlament Ewropew li fiha kien hemm preparazzjoni għall-Kunsill tal-Unjoni li se jlaqqa’ lill-mexxejja tal-Istati Membri fl-10 u l-11 ta’ Diċembru 2020. Din il-laqgħa saret fil-kuntest tal-aħħar żviluppi marbuta mal-baġit tal-UE u l-imxija tal-pandemija tal-Coronavirus. Waqt What’s On Newsbook: Dinja Ewropa nsegwu dak li ntqal f’din is-seduta parlamentari.

Se nitkellmu wkoll dwar id-dritt ta’ azzjoni kollettiva mill-konsumaturi wara li l-Parlament Ewropew approva l-liġi Ewropea li se tippermetti li jsir dan.

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Jesmond Saliba, bil-kollaborazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.