Dinja Ewropa: Il-baġit tal-UE, il-presidenza Amerikana u r-rule of law

What’s on Newsbook: Dinja Ewropa se janalizza l-ftehim li ntlaħaq riċentament dwar il-baġit tal-Unjoni Ewropea. Nhar it-Tlieta, wara 10 ġimgħat ta’ negozjati intensivi, in-negozjaturi tal-baġit tal-Parlament qablu mal-Presidenza tal-Kunsill dwar il-punti prinċipali għal dan il-ftehim. Il-Parlament kiseb 16-il biljun ewro aktar minn dak maqbul mill-Kapijiet ta’ Stat u ta’ Gvern fis-summit tagħhom f’Lulju. 

Insegwu wkoll ir-reazzjoni għar-riżultat tal-elezzjonijiet presidenzjali Amerikani, kif ukoll nanalizzaw xi jfisser il-ftehim riċenti li jorbot il-fondi li jieħdu l-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u r-rispett lejn il-liġi (Rule of Law).

What’s on Newsbook Dinja Ewropa jixxandar kull nhar ta’ Ħamis fis-1pm fuq Newsbook.com.mt, bi produzzjoni ta’ Jesmond Saliba u bil-kollaborazzjoni tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta.