Din l-attriċi llum tagħlaq 81 sena. Għaraftha?

Rina Camilleri

Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi Rina Camilleri li llum qed tiċċelebra għeluq il-81 sena tagħha. Twieldet bħal-lum l-10 ta’ Ottubru tal-1939.

Rina għamlet snin twal taħdem fit-teatru, l-aktar mas-Salesjani u bdiet fit-televiżjoni fis-sena 2000 permezz tas-sensiela Villa Sunset ta’ Lino Farrugia. Wara din is-sensiela Rina ħadmet f’numru ta’ sensiliet oħra fuq it-televiżjoni fosthom Ħbieb u Għedewwa, Manwela, Kristu tal-Kerrejja, Is-Siġill tal-Qrar, It-Tfal Jiġu Bil-Vapuri, Imħabba Mill-Ġdid, Ingroppi, Għada Jisbaħ Ukoll kif ukoll is-sensiela F’Salib It-Toroq fejn kienet tinterpreta lin-Nanna Tessie.

Rina ilha mis-27 ta’ Ottubru tal-1963 miżżewwġa lil Michael, li huwa wkoll attur. Din is-sena se jagħlqu 57 sena miżżewġin. Huma għandhom tlett ulied, Joe, Antoinette u Marie Claire. Huma wkoll nanniet ta’ erba’: Maria, Jacob, Adam u Abigail.

Rina u Michael Camilleri

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.