Din l-attriċi llum tagħlaq 73 sena. Għaraftha?

eileen micallef

Awguri lill-attriċi Eileen Micallef li llum qed tiċċelebra għeluq it-73 sena. Twieldet bħal-lum, id-9 ta’ Awwissu tal-1947.

Bħalissa lil Eileen qed narawha fis-sensiela L-Għarusa, iżda ħadmet f’numru kbir ta’ produzzjonijiet oħra fuq it-televiżjoni fosthom Qegħdin Sew!, Gawdenz, Eklissi, Ma Tinbidel Qatt, Strada Stretta u Santa Monika.

Kienet ħadmet ukoll fil-film taċ-ċinema Mħuħ, kif ukoll ħadmet ukoll f’għadd ta’ produzzjonijiet teatrali kif ukoll tgħallem il-pjanu.

Eileen hija miżżewġa lil Pawlu u hija omm ta’ tlieta, Jose, Cynthia u Charmaine.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’dan il-jum.