Din l-attriċi llum tagħlaq 67 sena. Taf min hi?

Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi Vivienne Caruana, magħrufa l-aktar għall-interpretazzjoni tagħha ta’ Jessie fis-sensiela Santa Monika.

Vivienne illum qed tiċċelebra 67 sena. Twieldet bħal-lum l-14 ta’ Novembru tal-1953.

Minbarra f’Santa Monika Vivienne ħadmet f’diversi produzzjonijiet oħra bħal F’Salib It-Toroq, Simpatiċi, Ipokriti, Iċ-Ċaqqufa, KC, Mons De Piro, Iż-Żagħka, Libra, L-Għarusa, Madre de Brincat, Sal-Quċċata, Dun Benit u Miriana Coljero.

Vivienne żżewġet darbtejn. L-ewwel raġel tagħha kien miet ftit wara li żżewġet. Minn dan iż-żewġ kellha lil Domenique, li kienet ħadmet f’Santa Monika.

Vivienne ma’ wliedha Danielle, Donovan u Domenique

Wara hija żżewġet lill-attur Paul Caruana u kellhom lil Donovan u lil Danielle, li wkoll rajnieha fis-sensiela Santa Monika.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.