Din l-attriċi llum tagħlaq 56 sena. Għaraftha?

Marvic Cordina

Din tar-ritratti mhi ħadd ħlief l-attriċi Marvic Doughty, magħrufa wkoll bħala Marvic Cordina. Illum qed tiċċelebra għeluq il-56 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-22 ta’ Settembru tal-1964.

Lil Marvic rajnieha f’bosta produzzjonijiet teatrali u anke televiżiva li jinkludu Ħbieb u Għedewwa, Iż-Żagħka, Is-Salib tal-Fidda, Dell Mill-Imgħoddi u Santa Monika. Mill-ġimgħa d-dieħla se nkunu qed narawha fis-sensiela L-Ispettur ta’ Mario Philip Azzopardi, li se tkun qed tixxandar nhar ta’ Tnejn filgħaxija fuq TVM.

Marvic Cordina u Reuben Piscopo fuq is-sett ta’ L-Għarusa.

Marvic ippreżentat ukoll bosta programmi fuq ir-radju fosthom anke fuq l-istazzjon RTK, illum 103.

Marvic hija wkoll omm u nanna.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.