Din l-attriċi llum tagħlaq 52 sena. Għaraftha?

Moira Muscat

Ġurnata speċjali għall-attriċi Moira Vassallo li fuq it-televiżjoni hija magħrufa aktar bħala Moira Muscat. Twieldet bħal-lum it-3 ta’ Jannar tal-1969. Illum qed tiċċelebra għeluq it-52 sena.

Moira hija t-tieni fost tliet aħwa ta’ Frans u Jane. Hija bdiet tirreċta meta kienet għadha l-iskola u wara bdiet tagħmel kors mal-MTADA. Aktar tard ix-xandar veteran Charles Xuereb ħajjarha tagħmel prova biex tidher fuq it-TV u filfatt l-ewwel programm li hija ppreżentat kien Ċekk ma’ James Catania u wara dehret fil-programmi O Żmien Ħelu u Suq Għax Sebaħ.

Moira Muscat

Bħala attriċi dehret f’bosta produzzjonijiet fosthom Ipokriti, F’Baħar Wieħed, Il-Mostru ta’ Selmun, Ingropp-pi, Anġli, F’Salib it-Toroq u It-Tfal Jiġu fil-Vapuri.

Moira għandha tifel, Daniel, miż-żwieġ tagħha ma’ Mark Vassallo, li ħalliena f’Awwissu tal-2018.

Nawguraw l-isbaħ xewqat lil Moira f’għeluq sninha.