Din l-attriċi llum tagħlaq 43 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi u preżentatriċi Simone DeBattista. Hija qed tiċċelebra għeluq it-43 sena tagħha. Twiedet bħal-lum l-14 ta’ Novembru tal-1977.

Simone twieldet f’Melbourne fl-Awstralja u kienet it-tieni fost it-tlett ulied ta’ Mary u John Mary Fenech. Qabilha hemm Tania u ħuha żgħir huwa Eman.

Apparti l-produzzjonijiet teatrali, Simone ħadmet f’sensiliet bħal Riħ Isfel, Kristu tal-Kerrejja, Dejjem Tiegħek Becky, Is-Siġill tal-Qrar, Santa Monika, Rifless, Tereża, Ħażen u Mrar, Pupi u Xhud. Ipproduċiet ukoll programmi bħal Snajja, Karrieri u Stejjer Għal Kulħadd.

Simone hija miżżewġa lill-attur u awtur Ivan DeBattista. Huma għandhom żewġt ulied, Dylan Luke u Ryan. Il-koppja De Battista jmexxi wkoll l-iskola tad-drama Imagin-Arts.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.