Din l-attriċi llum tagħlaq 36 sena. Għaraftha?

Awguri lill-attriċi Elaine Saliba Bonnici li llum qed tiċċelebra għeluq is-36 tagħha. Twieldet bħal-lum is-27 ta’ Awwissu tal-1984.

Lil Elaine rajnieha f’diversi sensiliet televiżivi bħal Fattigi, Iċ-Ċaqqufa, La Famiglia u Għada Jisbaħ Ukoll. Rajnieh wkoll tippreżenta diversi programmi matul is-snin fosthom Kraxx, Owkey, DMix, Pjazza, Indifest, Konkors Kanzunetta Indipendenza u Minn Jum Għall-Jum, Youthlink, Sanremo Junior Malta kif ukoll żewġ edizzjonijiet tal-Malta Eurovision Song Contest. Kienet ukoll involuta mat-tim ta’ Xarabank.

Elaine ilha miżżewwġa ma’ Anthony Bonnici mill-2016. F’Novembru li għadda huma saru ġenituri għall-ewwel darba bit-twelid taċ-ċkejkna Ana May.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.