Din l-attriċi llum tagħlaq 35 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt hija l-attriċi Graziella Casha li llum qed tiċċelebra għeluq il-35 sena tagħha. Twieldet bħal-lum l-14 ta’ Settembru tal-1985.

Bħala attriċi fuq it-televiżjoni rajna lil Graziella f’sensiliet bħal Qegħdin Sew, Id-Dar tas-Soru, u Marvin filwaqt li għaċ-ċinema ħadmet fil-films Qerq u Phobia.

Fit-teatru ħadmet f’numru ta’ drammi tal-passjoni u llum il-ġurnata, flimkien mas-sieħeb tagħha il-kantant u mużiċist Christian Arding, waqqfet il-kumpanija Vince’tor li ttella’ diversi plays u musicals.

Graziella hija wkoll omm ta’ tnejn, Alaizah u Zekiel.

Christian Arding u Graziella Casha

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.