Din l-attriċi llum tagħlaq 34 sena. Għaraftha?

Awguri lill-attriċi Bernadette Riolo li llum qed tiċċelebra għeluq l-34 sena tagħha. Twieldet f’Tal-Pietà nhar is-6 ta’ Awwissu tal-1986.

Ħafna żgur li jiftakru lil Bernadette fil-karattru ta’ Elaine fis-sensiela Santa Monika. Snin qabel però kienet ukoll parteċipanta fl-edizzoni tal-2003/2004 tal-programm L-Isfida.

Bernadette Riolo bħala Elaine f’Santa Monika

Bernadette studjat id-drama f’The Playhouse Performing Arts Centre taħt id-direzzjoni ta’ Joe Quattromani u tħarġet taħt Narcy Calamatta, Salvu Mallia, Rueben Vella Bray u John Suda.

Ħadet sehem ukoll f’diversi produzzjonijiet teatrali.

Sa mill-2009 hija tifforma wkoll parti mill-grupp tad-drama Dwal Ġodda ta’ Ħal Għargħur.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.