Din l-attriċi llum tagħlaq 30 sena … u għandha ħuha tewmi. Għaraftha?

Awguri lill-attriċi Jessica Azzoaprdi li llum qed tiċċelebra għeluq it-30 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-3 ta’ Settembru tal-1990. Jiċċelebra għeluq sninu llum huwa t-tewmi ta’ Jessica, Miguel Pisani.

Jessica u Miguel huma l-iżgar ulied ta’ John u Carmen Pisani. Il-kbira hi Juanita, li hi għaxar snin ikbar minn Jessica u Miguel.

Lil Jessica narawha fil-karattru ta’ Mariella fis-sensiela Division 7 u ħadmet ukoll bħala extra f’Ġiżelle u Evanġelisti u kellha wkoll partijiet impenjattivi Prima Facie, Il-Patt u It-Tfal. Ħadmet ukoll f’Qalb In-Nies.

Hija ħadet sehem ukoll f’bosta produzzjonijiet fit-teatru kif ukoll rajnieha fil-vidjow mużikali tal-cover version tal-kanzunetta Qalu Li Raw ta’ Sebastian Calleja u Renato.

Jessica hija miżżewġa lill-footballer Erin Azzopardi.

Nawguraw lil Jessica u lil Miguel l-isbaħ xewqat f’għeluq sninhom.