Din l-attriċi llum tagħlaq 29 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi Francesca Scerri li min-nhar it-Tlieta se nerġgħu narawha fil-karattru ta’ Erminia fis-sensiela F’Ġieħ L-Imħabba ta’ Rewind Productions. Francesca llum tagħlaq 29 sena. Twieldet bħal-lum l-24 ta’ Settembru tal-1991.

Francesca hija t-tieni mit-tliet ulied ta’ Mario u Josette Scerri. Qabilha hemm ħuha Glen u warajha oħtha Brenda.

Bħala attriċi lil Francesca rajnieha wkoll f’Żafira, kif ukoll fis-sensiela Manwela, li bħalissa qiegħda terġa’ tixxandar mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq l-istazzjon Melita More (Cable Channel 315).

Ftti tas-snin ilu rajneiha wkoll tipparteċipa bħala kantanta fil-Konkors Kanzunetta Indipendenza bil-kanzunetti Zingara u Mill-Bidu Nett.

Francesca hija wkoll il-moħħ wara The Kettle Club, maħsub biex tinbena komunità ta’ dawk li jħobbu l-mużika, it-teatru mużikali.

F’Ġieħ L-Imħabba

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.