Din l-attriċi llum tagħlaq 28 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt ma hi ħadd ħlief l-attriċi Nakita Grima li llum qed tiċelebra għeluq it-28 sena tagħha. Twieldet bħal-lum l-4 ta’ Awwissu tal-1992.

Nakita hija l-kbira fost iż-żewġ ulied ta’ Marian u Vince u taħdem bħala lecturer l-MCAST. Għandha kumpanija żgħira tagħha li tagħmel proofreading u editing ta’ dokumenti u teżijiet. Bħalissa qegħda taghmel masters fil-qasam tal-vocational education.

Bdiet bħala attriċi b’parti żgħira fis-sensiela D.R.E.A.M.S. Wara bdiet taħdem f’partijiet aktar impenjattivi bħal Żafira, Katrina, Manwela, Ċirkostanzi u issa f’Sorelle bil-karatru ta’ Samantha.

Kellha opportunità li tkun mudella u tghin fi programmi bħal Aqta’ Kemm u Wedding Battle.

Meta tkellimna ma’ Nakita qaltilna li qed taħdem fuq proġett ġdid, li jekk ma jinqala’ xejn minħabba l-COVID-19, se tkun tista’ taqsmu mal-pubbliku f’Settembru.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.