Din L-Art Ħelwa taqbeż għall-BirdLife dwar il-filmati tal-kaċċa

Din L-Art Ħelwa qed taqbeż għall-Bird Life Malta meta dan l-aħħar ġiet akkużata li kisret il-protezzjoni tal-informazzjoni b’rabta ma’ filmati li ġurnalist Ingliż kien ġided f’Malta dwar il-kaċċa fir-rebbiegħa.
Din L-Art Ħelwa qed tgħid li l-ġurnalist ma kiser ebda liġi għax kien qed jagħmel xogħlu u kien qed jaderixxi mad-dritt tal-libertà tal-espressjoni.
L-għaqda mhux governattiva qed issostni li l-Att dwar il-Protezzjoni tad-Data ma tistax tintuża biex trażżan il-libertà tal-espressjoni.
Saħqet li ma taqbel xejn li Birdlife Malta kellha terfa’ hi l-akkużi għax il-ġbid tal-filmati sar bl-għajnuna ta’ Birdlife.
Fid-dawl ta’ dan kollu, Din L-Art Ħelwa qed tgħid li din titfa’ dawk ikrah fuq is-soċjetà Maltija u qed tappella lill-Gvern biex jekk hemm bżonn, jirrevedi din il-liġi sabiex tibqa’ mħarsa l-libertà tal-espressjoni.
L-Għaqda appellat ukoll lill-Gvern biex jiffoka aktar ħidmietu fuq kif jista’ jwaqqaf il-kaċċa illegali.
F’April li għadda, l-Ingliż Chris Packham kien qed jiffilmja l-kaċċa fir-rebbiegħa u anke ġie intervistat fuq ir-radju BBC Radio 4.
Kien qal li l-kaċċaturi Maltin jisparaw mis-sigħat bikrin ta’ filgħodu, joqtlu għasafar protetti u li ħafna Maltin jinsabu urtati li ma jistgħux joqgħodu fil-kampanja minħabba l-kaċċa. 
Dak iż-żmien, 33 membru tal-Parlament Ewropew għamlu pressjoni fuq il-Kummissjoni Ewropea biex jittieħdu passi kontra Malta biex tieqaf il-kaċċa fir-rebbiegħa.