Awdjo: Din it-triq tal-Mellieħa?

Ritratt li juri maltemp qawwi, bi sħab oħxon u dalma kbira fil-Mellieħa sab ruħu fost l-aktar ritratti popolari fuq Facebook. It-tajba hi, li l-maġġoranza ta’ dawk li raw ir-ritratt, m’għaddielhomx minn rashom li dan ir-ritratt ma kien xejn għajr ċajta. Biex inkunu preċiżi, ir-ritratt lanqas biss hu meħud Malta.

B’daħka kbira fuq fommu, Chris Mintoff, il-persuna li ppublikat ir-ritratt fuq facebook, tkellem ma’ Newsbook. Chris spjega kif bdiet din iċ-ċajta u kif evolviet għal xi ħaġa, li kif qal hu stess, ma jistax jikkontrolla iktar.

In-nies li nħasdu b’dak li kien qed jidher fir-ritratt, irrealizzaw li din kienet ċajta meta Chris Mintoff stess fuq Facebook kiteb il-kliem:
“I must be pulling off one of the biggest pranks in Maltese Facebook history…….albeit unintentionally!!”

Sakemm qed tinkiteb din l-istorja dwar Chris u ċ-ċajta tiegħu, in-numru ta’ ‘Likes’ tela’ għall-iktar minn 460 filwaqt li ‘Shares’ żdiedu għal 32!