Din is-sena se tkun itwal…b’sekonda

Din is-sena se tkun itwal mis-soltu hekk kif fit-30 ta’ Ġunju l-ġurnata se tiżdied b’sekonda.
Ir-raġuni tagħtihielna l-Fiżika, li tispjega li d-dinja qed tnaqqas mill-veloċità tagħha hi u ddur fuqha nnifisha.
Dan ifisser li l-arloġġi huma iktar preċiżi mid-dinja, li tibdel ir-ritmu tagħha skont ċaqlieq fil-qalba tal-pjaneta jew fil-livell tal-ilmijiet.
L-aħħar darba li żdiedet sekonda f’sena kienet fl-2012 iżda dakinhar is-sistemi tal-kompjuters madwar id-dinja ma mxewx bl-iktar mod ħarir. 
Tgħid din id-darba, inġibuha żewġ?