Din is-sena l-ekonomija ta’ Malta se tikber bi 2.4% – Il-Gvern

Il-Ministeru għall-Finanzi jinsab sodisfatt bl-evalwazzjoni tal-aġenzija tal-kreditu Standards & Poor’s, li qed tafferma li l-ekonomija ta’ Malta hi stabbli u li mistennija li tkompli tikber fis-snin li ġejjin.
Fi stqarrija, il-Ministeru tal-Finanzi qal li dan se jkun possibbli grazzi għar-riforma fil-qasam tal-enerġija, kif ukoll għall-inizjattivi biex aktar nisa joħorġu jaħdmu.
Ir-rapport ta’ S&P irrijafferma l-credit rating ta’ Malta ta’ ‘BBB+/A-2’, bi prospetti stabbli.
Il-Ministeru qal li Standards & Poor’s irrikonoxxiet “l-effettività istituzzjonali u governattiva, kif ukoll l-ekonomija reżiljenti ta’ Malta.” Żied jgħid li l-aġenzija tal-kreditu bassret li “l-ekonomija Maltija se tikber b’ 2.4% din is-sena u ftit aktar minn medja ta’ 2% tul l-erba’ snin li ġejjin.”