“Din is-sena Diċembru beda isbaħ mis-soltu” – Clive Piscopo

Ritratt: Facebook/ClivePiscopo

Kien permezz tal-paġna tiegħu fuq Facebook li l-attur u direttur Clive Piscopo li bħalissa qed narawh fis-sensiela L-Għarusa fejn jinterpreta l-parti ta’ l-Ispettur Abela, ħabbar li ppropona lis-sieħba tiegħu Caire Buhagiar biex tiżżewwġu.

Ritratt: Facebook/Clive Piscopo

“Din is-sena Diċembru beda isbaħ mis-solti,” kiteb l-attur b’riferenza għall-fatt li Claire aċċettat il-proposta tiegħu.

Minbarra s-sehem tiegħu fis-sensiela L-Għarusa, kemm bħala attur u anki bħal direttur, Piscopo dan l-aħħar ipproduċa l-produzzjoni teatrali Meta Ġrejna Wara x-Xemx. Huwa jmexxi wkoll TheatreLab.

Claire hija wkoll attriċi u konna narawha fis-sensiela Santa Monika.

Fuq il-paġna tagħha fuq Facebook, Claire kitbet il-messaġġ:

“Mument speċjali mmens ❤️ Staqsini l-mistoqsija li toħloq futur sħiħ quddiemna…. Iva, irrid nimxi din l-avventura miegħek❤️ Id f’id, pass pass flimkien❤️😍”

Awguri lil Clive u lil Claire għall-ġejjieni.