Din il-preżentatriċi llum għalqet 45 sena. Għaraftha?

Din iċ-ċkejkna li hawn fir-ritratt mhi ħadd ħlief l-attriċi u preżentatriċi Clare Agius li llum qed tiċċelebra għeluq il-45 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum it-18 ta’ Settembru tal-1975. Clare hija t-tielet mill-ħames ulied ta’ Frans u Yvonne Agius nèe Psaila.

L-ewwel ħajra għat-teatru tnisslet meta kellha 14-il sena u ntgħażlet għal The Miser ta’ Molier. Minn hemm baqgħet tistudja l-arti u ħadmet f’diversi produzzjonijiet teatrali oħra fosthom La Lukandiera, Yerma, Romeo u Ġuljetta, Salome, Jiena Inħobb Inti Tħobb.

Fuq it-televiżjoni rajnieha wkoll f’sensiliet bħal Anġli u Il-Madonna taċ-Ċoqqa. Dehret ukoll fi produzzjonijiet internazzjonali bħal Agora, Roman Mysteries, Cutthroat Island u s-serje Pollakka Kryminalni.

Bdiet fuq it-televiżjoni billi kienet tagħmel il-vox pops waqt il-programm Sellili u għal bosta snin mexxiet b’suċċess il-programm Siesta. Dan minbarra n-numru ta’ avvenimenti li ppreżentat kif ukoll ipproduċiet u ppreżentat bosta programmi fuq l-istazzjonijiet lokali. Bla dubju li programm ieħor ta’ suċċess ta’ Clare huwa Ilsien In-Nisa li hi tippreżenta ma’ oħtha Pauline kif ukoll ma’ Claire Agius Ordway.

Clare llum il-ġurnata hija miżżewġga lil Paul Sparling u hija omm ta’ tnejn.

Clare Agius

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.