Din il-kantanta llum tagħlaq 44 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief il-kantanta popolari Chiara li llum qed tiċċelebra għeluq l-44 sena tagħha. Twieldet l-Isla bħal-lum il-25 ta’ Settembru tal-1976.

Chiara bdiet tkanta fil-bidu tas-Snin 90, u l-ewwel dehra tagħha kien waqt il-Farewell Play li saret fil-Carlo Diacono Junior Lyceum taż-Żejtun.

L-ewwel suċċessi kbir ta’ Chiara kien bil-kanzunetta Ismagħni Ftit Ħabib fil-festival L-Għanja tal-Poplu u minn hemm il-karriera tagħha bdiet meixja ‘l quddiem

Fl-1998 Chiara rebħet il-Malta Song For Europe bil-kanzunetta The One That I Love li biha marret għall-Eurovision fejn ġiet fit-tielet post.

Fl-2005 Chiara daħlet mill-ġdid għall-festival tal-Eurovision u rebħitu bil-kanzunetta Angel li biha kisbet it-tieni post fil-Eurovision.

Fl-2009 Chiara daħlet mill-ġdid għall-Malta Song u rebħitu bil-kanzunetta What If We.

Sal-lum Chiara hija waħda mill-kantanti tal-Eurovision l-aktar popolari fix-xena internazzjonali.

Fi ftit ta’ żmien ieħor Chiara se tkun qed tniedi wkoll dwett mal-kantant Kurt Anthony.

Fil-ħajja privata, Chiara hija wkoll omm.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.