Din il-kantanta llum tagħlaq 41 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt ma hi ħadd ħlief il-kantanta Gloriana Arpa Belli li llum qed tiċċelebra għeluq il-41 sena tagħha. Twieldet bħal-lum is-16 ta’ Ottubru tal-1979.

Gloriana hija t-tifla tal-kantanta Helen Micallef, u n-neputija ta’ Renato.

Gloriana tħarrġet fil-mużika minn ċkunitha iżda bdiet tkanta b’mod professjonali 20 sena ilu. Fl-2002 rebħet l-ewwel post fil-kompetizzjoni Best Singer Award waqt il-programm Red u eventwalment saret ukoll il-kantanta resident tal-programm.

Hija ħadet sehem ukoll f’diversi festivals f’Malta u barra bħall-Golden Cross International Singing Festival, Konkors Kanzunetta Indipendenza u l-Universong Canary Islands International Song Festival.

Fl-2007 ħadet sehem fil-mysical Helena u wara ġew opportunitajiet oħra f’avvenimenti bħal Pop Fever Concert, l-August Moon Ball u Rockestra.

Gloriana hija miżżewwġa lil maestro Aurelio Belli u għandhom tifla, Alexandra.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.