Din il-kantanta llum tagħlaq 39 sena. Għaraftuha?

Ritratt: Facebook/Ira Losco

Awguri lil Ira Losco li llum qed tiċċelebra għeluq id-39 sena tagħha. Ira Losco twieldet bħal-lum, il-31 ta’ Lulju tal-1981.

Ira hija minn Tas-Sliema u bdiet tinteressa ruħha fil-mużika wara li kienet qalgħet pjanu tal-logħob mingħand il-ġenituri. Tant interessaha li baqgħet tistudjah għal sitt snin. Kien f’dan il-perjodu li ħasset il-ġibda lejn il-kant.

L-ewwel festival li ħadet sehem fih kien il-Kant tat-Tfal organizzat fil-parroċċa fejn kienet toqgħod.

Kienet tattendi l-iskola tas-Sacred Heart li kienu jagħtu ħafna importanza il-kant u l-palk u Ira kienet ukoll akkanita fil-kor tal-iskola. Magħhom kienet ukoll kantant l-ewwel solo tagħha.

Is-Sixth Form ta’ San Alwiġi kompliet issaħħaħha fuq il-palk. Bdiet tiltaqa’ ma’ aktar nies f’dan il-qasam u kien f’dan il-perjodu li hija ngħaqdet ma’ Tiara. Bdew idoqqu f’divesi bars f’Paceville.

Fuq il-palk ta’ Dar il-Mediterran telgħet għall-ewwel darba bħala backing vocalist ma’ Claudette Pace u kien hawnhekk li skoprewha Philip Vella u Gerard James Borg.

Ħadet sehem fil-Festival Kanzunetta Maltija fejn klassifikat fil-ħames post bil-kanzunetta Tħallinix ta’ Ray Agius u minn hawn il-karriera tagħha bdiet tieħu spinta ‘l quddiem. Ħadet sehem fil-Festival Kanzunetta għall-Ewropa b’Shine u Falling in Love u minn hemm bdiet tikseb aktar suċċessi.

Bla dubju li 7th Wonder hija l-kanzunetta li ġabitilha ħafna fortuna. Biha kklassifika fit-tieni post fil-Eurovision Song Contest fl-2002 u fl-2016 irritornat f’dan il-festival bil-kanzunetta Walk on Water.

Fl-2008, Ira Losco ingħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.

Ira Losco ħarġet numru kbir ta’ albums bl-ewwel wieħed inkun fl-2004 Hi-Infidelity u l-aktar wieħed riċenti, id-double album No Sinner, No Saint. 

Għal sentejn konsekuttivi hija kienet tagħmel parti mill-ispettaklu televiżiv ta’ X Factor Malta, il-programm li kiser ir-rekords ta’ udjenza televiżivi f’dawn l-aħħar snin.

Ritratt: Facebook/IraLosco

Ira Losco hija miżżewġa lil-kok u personalità televiżiva Sean Gravina u għandhom tifel, Harry. F’Novembru se jkunu qed isiru ġenituri għat-tieni darba, din id-darba ta’ tifla.

Nawguraw lil Ira l-isbaħ xewqat f’dan il-jum.