Din il-kantanta llum tagħlaq 38 sena. Għaraftha?

Tiċċelebra għeluq it-38 sena tagħha l-kantanta Eleanor Cassar li twieldet bħal-lum id-29 ta’ Settembru tal-1982.

Għal din l-okkażjoni żewġha Carl Matthew Camilleri rringrazzja lill-kantanta għas-sagrifiċċji kollha li tagħmel għall-familja. Il-koppja Camilleri għandha tlett ulied, Krista, Benjamin u Andreas.

Happy Birthday to my better half xxx thank you for everything you do for our family that we have today thanks to your…

Posted by Carl Matthew Camilleri on Monday, September 28, 2020

Fix-xena mużikali Eleanor ħadet sehem f’numru kbir ta’ festivals fosthom Konkors Kanzunetta Indipendenza, Malta Eurosong, Malta Song For Europe, Malta Eurovision Song Contest, L-Għanja tal-Poplu u l-Malta International TV Song Contest.

Dan minbarra d-diversi festivals internazzjonali li pparteċipat fihom, id-Discovery Pop Music Festival tal-Bulharija, il-Golden Stag tar-Rumanija, l-Astana International Festival fil-Każakhstan u l-International Song Festival ta’ Teneriff.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.