Din il-kantanta llum tagħlaq 35 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt hija Rachel Fabri Camilleri li llum qed tiċċelebra għeluq il-35 sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-12 ta’ Settembru tal-1985.

Rachel hija kantawtriċi li għamlet suċċess barra minn Malta flimkien mal-grupp All Angels, u apaprti d-diversi kunċerti kienet ukoll kantat magħha fl-istadium ta’ Wembley fil-ftuħ tal-finali tal-UEFA Champions League tal-2011. Ma’ All Angels, Rachel kantat fir-Royal Albert Hall, Cadogan Hall, Manchester Arena, Birmingham Genting Arena u f’Sheffield Arena. 

kif ukoll ħadet sehem f’bosta produzzjonijiet f’Londra, fosthom anke fl-ispettaklu The Best of Rock Musicals li ttella’ fl-Apollo Hammersmith ta’ Londra f’Mejju tas-sena l-oħra.

Hawn Malta Rachel kienet bdiet il-karriera fl-età ta’ 12-il sena fil-produzzjoni Annie li ttellgħet fit-Teatru Manoel. Fl-2005 kienet ukoll ipparteċipat u spiċċat finalista fil-kompetizzjoni L-Isfida.

Rachel ilha mill-2014 miżżewġa lil Andrew Camilleri u hija omm ta’ tnejn.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.