Din il-kantanta llum tagħlaq 32 sena. Għaraftha?

Awguri lill-kantanta Annabelle Vella li llum qed tiċċelebra għeluq it-32 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum il-5 ta’ Settembru tal-1988. Huma bosta li jafu lil Annabelle bil-kunjom ta’ Debono. Hija ilha 6 snin miżżewġa lill-mużiċist Sean Vella. Il-koppja għandhom tifel, Tom, li twieled f’Lulju tal-2017.

Meta kienet xebba, Annabelle kienet ħadet sehem fil-Malta Eurovision tal-2006 u l-2007 wara li fis-sena ta’ qabel konna bdejna narawha fil-kompetizzjoni televiżiva Hotspot fuq l-istazzjon Net. Fl-2008 kienet waħda mill-backing vocalists għall-kanzunetta Vodka li biha Morena rrappreżentat lil Malta fil-Eurovision. Din is-silta kienet miktuba minn Gerard James Borg b’mużika ta’ Philip Vella, missier Sean.

Annabelle kienet ħadmet ukoll fil-film Malti Imħabba Fuq il-Għolja.

Annabelle Vella nèe Debono. Ritratt: Philip Vella

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.