Din il-kantanta llum tagħlaq 29 sena. Għaraftha?

Thea Saliba fl-2005 waqt il-Junior Eurovision li kien sar fil-Belġju

Dan ir-ritratt juri r-rappreżentanta ta’ Malta waqt il-Junior Eurovision tal-2005. Hija Thea Saliba li kienet interpretat il-kanzunetta Make It Right. Illum hija qed tiċċelebra għeluq id-29 sena. Twieldet bħal-lum l-14 ta’ Settembru tal-1991.

Thea ġejja minn familja mużikali. In-nanna tagħha hija Ċensina Zammit, l-ewwel kantanta Maltija li nterpretat il-kanzunetta popolari Malta. Iz-zija ta’ Thea hija Doreen Galea filwaqt li l-kuġini tagħha huma Dominic Galea, Manolito Galea, Leontine u Daniel Testa.

L-ewwel dehra fil-pubbliku ta’ Thea kien waqt festival lokali meta nterpretat il-kanzunetta Għalkemm Flus M’Għandhiex.

Fl-2005 hija rrappreżentat lil Malta fil-Junior Eurovision li kien sar fil-Belġju meta flimkien maż-żeffiena tagħha tal-grupp Thea & Friends ħadet sehem bil-kanzuentta Thea & Friends.

Apparti li hija żeffiena, Thea hija wkoll żeffiena tal-ballet u ddoqq il-pjanu. Fl-2015 kienet tipreżenta wkoll il-programm Elle fuq l-istazzjon Net.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.