Din il-kantanta llum tagħlaq 29 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt mhi ħadd ħlief il-kantanta Marilena Gauci li llum qed tiċċelebra għeluq id-29 sena tagħha. Hija twieldet bħal-lum l-20 ta’ Ottubru tal-1991.

Marilena mhux biss hija kantanta iżda żeffiena wkoll u bdiet titħarreġ f’dawn iż-żewġ oqsma minn età ta’ ħames snin. Fil-qasam taż-żfin tħarrġet mal-YADA Dance Company filwaqt li għall-vuċi tħarrġet taħt maestro Joseph Chircop u Gillian Attard.

Bħala kantanta ħadet sehem f’bosta festivals fosthom Konkors Kanzunetta Indipendenza, Summer Hit Song Contest, Malta Eurovision Song Contest u L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ li hija rebħet. Ħadet sehem ukoll fil-Junior Song For Europe tal-2003 bħala solista u sena wara bħala parti mill-Young Talent Team, li rebħu u b’hekk Marilen u t-tim tagħha rrappreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li kien sar f’Lillehammer, fin-Norveġja. Il-kanzunetta kienet iġġib l-isem ta’ Power of a Song.

Apparti l-kant u żfin, Marilena għandha għal qalbha wkoll l-atletika.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.