Din il-kantanta llum tagħlaq 28 sena. Għaraftha?

Illum huwa għeluq it-28 sena tal-kantanta Brooke Borg. Hija twieldet fis-27 ta’ Ottubru tal-1992.

Brooke bdiet il-karriera tagħha minn età ċkejkna billi flimkien ma’ ħuha Brendan kienet tippreżenta programmi bħal Kikki Riki, Hip Hip Hurray u Waw. Kienet titħarreġ mhux biss fil-kany iżda wkoll fiż-żfin ballet u jazz u fil-pjanu.

Brooke ħadet sehem ukoll f’diversi festivals fosthom Malta Junior Eurovision Song Contest, L-Għanja tal-Poplu Żgħażagħ u Malta Eurovision Song Contest.

Fost il-kanzunetti tagħha niftakru Unstoppable, Golden u Heart of Gold.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.