Din il-kantanta llum tagħlaq 26 sena. Għaraftha?

Din tar-ritratt hija l-kantanta Danica Muscat meta kellha 4 snin. Illum Danica qed tiċċelebra għeluq is-26 sena tagħha. Twieldet bħal-lum is-17 ta’ Settembru tal-1994.

Danica bdiet tagħmel isem fix-xena mużikali minn età żgħira. Apparti l-impenn tagħha fix-xena lokali Danica ħadet sehem f’avvenimenti internazzjonali fosthom il-festival Ti Amo tar-Rumanija fejn hija kisbet l-għola pożizzjoni għal tlett snin konsekuttivi bejn l-2004 u l-2006.

Hija ħadet sehem ukoll fil-festival Tralcio D’Oro li ttella’ f’Bari fl-Italja fl-2005 u anke hemmhekk ksibet l-għola pożizzjoni.

Iżda bla dubju li Danica kienet fuq fomm il-Maltin u Għawdxin kollha meta fl-2010 kien irnexxielha tintgħażel għall-kompetizzjoni televiżiva ta’ Io Canto ppreżentat minn Gerry Scotti fuq Canale 5.

F’Malta, Danica ħadet sehem f’ħafna festivals bħal Konkors Kanzunetta Indipendenza, Summer Malta Hit Song Contest, Festival Fl-Għaqda l-Melodija, L-Għanja tal-Maltin, Ilħna Maltin, Malta Junior Eurovision Song Contest u l-Malta Eurovision Song Contest.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.