Ġurnata speċjali għall-kantanta Gaia Cauchi f’għeluq it-18-il sena tagħha. Twieldet bħal-lum it-19 ta’ Novembru tal-2002.
Il-kantanta żagħżugħa ilha tikseb suċċessi sa minn eta żgħira. Fl-2011 dehret fuq il-programm Ti Lascio Una Canzone. Sena wara rebħet is-Sanremo Junior Music Festival. Fl-2013 tat lil Malta l-ewwel minn żewġ rebħiet fil-Junior Eurovision Song Contest u f’Diċembru tal-istess sena ngħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika.
Lil Gaia rajnieha wkoll fil-kompetizzjoni ta’ X Factor UK fejn kienet ukoll parti mill-grupp Sweet Sense. Waslu sal-fażi tal-Judge’s House.
Rebħet ukoll bosta unuri fil-Malta Music Awards.

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.