Din il-kantanta llum għalqet 28 sena. Għaraftha?

Għaraftuha lil din tar-ritratt? Mhu ħadd ħlief il-kantanta Kylie Coleiro li llum qed tiċċelebra għeluq it-28 sena tagħha. Twieldet bħal-lum is-16 ta’ Settembru tal-1992. Kylie hi oħt il-kantant Klinsmann Coleiro.

Il-karriera mużikali tagħha bdiet b’kumbinazzjoni. Peress li hija persuna twila, ommha minn dejjem kien moħħha li meta tikber teħodha tipprattika l-isport tal-basketball. Dan għaliex lil ħuha kienet tieħdu jipprattika l-futbol u allura dejjem ħasbet għal-linja tal-isport.

Iżda darba marret f’post fejn kien hemm tkanta Mary Rose Mallia u riedet tmur ħdejha waqt li bdiet tkanta. Kellha parti żgħira fil-kanzunetta fejn kienet ripetittiva u qaltilha x’riedet tgħid u tkanta. Mary Rose imporessjonat ruħha u ħeġġitha biex tibda titħarreġ fil-vuċi.

Matul is-snin lil Kylie rajnieha fi programmi televiżivi bħal Nannu Spagu kif ukoll kienet kantanta residenti waqt il-programm Showtime.

Ħadet sehem f’sehem fil-Malta Junior Eurovision Song Contest kif ukoll fil-Malta Eurovision Song Contest. Hija kienet ħadet sehem kif ukoll kantat flimkien ma’ ħuha Klinsmann u Lawrence Grey, it-tema mużikali tas-sensiela Ma Tinbidel Qatt.

Nawguraw lil Kylie l-isbaħ xewqat f’għeluq sninha.