Din hija s-siegħa ta’ Malta u tal-Maltin – Delia

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia stqarr fil-parlament li din hija s-siegħa ta’ Malta u tal-Maltin fejn kulħadd għandu jqum u jitkellem.

Meta kien qed jitkellem waqt id-dibattitu fit-tieni qari dwar l-abbozz tal-liġi li jemenda l-att dwar l-Eko-Kontribuzzjoni, Delia qal li l-ikbar għadu kontra l-istabbilita’ ta’ pajjiżna hu l-Prim Ministru Joseph Muscat innifsu.

Huwa qal li minkejja l-avvenimenti tal-aħħar sigħat, Muscat baqa’ jiddefendi lil Keith Schembri u saħansitra rringrazzjah għas-servizz li ta lill-pajjiż.

Delia ddeskriva lil Schembri bħala l-ħalliel li seraq lill-pajjiż u li stupra lill-istituzzjoni. Il-kap tal-PN qal li ħadd mhu fuq il-liġi u kulħadd irid iħallas għal għemilu.